Wednesday, November 13, 2024

Il-Kamra kellha tiġi sospiża minħabba “protesta”

Aqra wkoll

Il-bidu tad-diskors tal-Budget mill-Ministru tal-Finanzi kien interrott minn membri tal-pubbliku li kienu preżenti u bdew jgħajtu “tiżfnu mad-daqqa tal-iżviluppaturi”. L-Ispeaker kien kostrett jissospendi s-seduta sakemm l-ordni fil-Kamra tinġieb lura għan-normal.

Aktar kmieni: Dalwaqt jibda jinqara l-Budget għas-sena d-dieħla

Daqs nofs siegħa oħra jibda jinqara l-Budget għas-sena d-dieħla bit-tema |Pajjiż ta’ Kwalità”.

Fi stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru intqal li din it-tema tirrifletti l-ħidma li se jwettaq il-Gvern biex imexxi lill-pajjiż għal-livell li jmiss.

Ġie spjegat li l-Budget se jiffoka fuq il-kwalità quddiem sfidi u prijoritajiet tan-nies fis-settur tax-xogħol, fil-mobbiltà fit-toroq, fis-saħħa mentali, fit-turiżmu u fl-iżvilupp. Oqsma li dwarhom il-Gvern se jħabbar u jibda jimplimenta pjan t’azzjoni bbażat fuq il-konsultazzjoni wiesgħa li saret fil-ġimgħat li għaddew.

Il-Ministru għall-Finanzi, Clyde Caruana se jibda jaqra l-Budget fis-6.30pm u mistenni jintemm għall-ħabta tat-8.30pm.

Eżatt wara l-Prim Ministru se jkun qiegħed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet u anke l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech ikun qiegħda jgħaddi l-ewwel kummenti tiegħu.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport