Saturday, May 18, 2024

Il-Kamra tal-Avukati kontra pieni ta’ għomor il-ħabs għat-traffikar tad-droga

Aqra wkoll

Quddiem il-proposta li qajmet kontroversja u li tiratta iż-żieda fl-ammont ta’ droga li tista’ ġġorr magħha persuna , il-Kamra tal-Avukati  għamlet appell fi stqarrija li ħarġet u sejħet biex Malta biex timxi fuq l-eżempju ta’ pajjiżi oħra u tneħħi l-piena ta’ għomor il-ħabs għall-persuni li jinstabu ħatja ta’ traffikar tad-droga.

Il-Kamra laqgħet parti mill-proposti tal-Gvern li “se jiżguraw li l-ġustizzja għall-vittmi tad-droga tkun aktar effettiva”.

Din il-proposta qajmet kontroversja mill-Oppożizzjoni u numru ta’ NGOs li wissew li l-Gvern qed jipprova “jinnormalizza” l-użu tad-droga u jippermettu l-bejgħ illeċitu tagħha.

Il-Kamra qalet li din il-proposta se tara li inqas proċeduri jidhru quddiem il-Qorti Kriminali u jitnaqqas il-piż fuqha.

Iżda esprimiet it-tħassib tagħha għall-fatt li l-Gvern mhux beħsiebu jneħħi l-piena ta’ għomor il-ħabs għall-persuni li jinstabu ħatja ta’ traffikar tad-droga u tenniet li ż-żewġ naħat tal-Parlament għandhom jaqblu li f’pajjiż demokratiku bħal Malta, “din il-piena drakonjana m’għandhiex post”.

Rigward il-proposta li persuni akkużati bi traffikar tad-droga jitħallew jagżħlu li l-ġuri tagħhom isir mingħajr ġurija, il-Kamra qablet magħha imma appellat ukoll biex il-Qorti tiddistingwi bejn drogi differenti “li mhumiex kollha tal-istess natura”.

Dwar l-ammont ta’ droga proposta sabiex persuna jikkwalifika li jmur quddiem il-Bord Rijabiljattiv, il-Kamra temmen li “dan għandu jkun benchmark u mhux tassattiv sabiex ma jsirux inġustizzji mal-vittmi frott ir-riġidita tan-numru propost”.

Sport