Sunday, December 22, 2024

Il-Kamra tal-Avukati mistennija tieħu passi jekk il-poster ta’ Jason Azzopardi ma jitneħħiex

Aqra wkoll

Il-Kamra tal-Avukati fi stqarrija maħruġa nnutat dwar rapporti fil-midja ta’ kumpanija, li kontra tagħha jidher li qegħdin jittieħdu passi legali u li din tellgħet poster tal-avukat tal-kontro-parti mal-faċċata tal-istabbiliment tagħha bil-għan illi tirridikula lill-istess avukat. 

Il-Kamra tal-Avukati ikkundannat bla ebda riservi dan l-aġir, li hija tqies bħala tentattiv indirizzat speċifikament lejn l-avukat Jason Azzopardi biex b’xi mod tipprova tinfluwenza lill-istess avukat fil-qadi ta’ dmirijietu lejn il-klijenti tiegħu.

Sostniet li huwa dover tal-avukat li jassisti bl-aħjar mod possibbli lill-klijenti tiegħu mingħajr m’għandu jkun suġġett għal attakki fuq persuntu.  

Il-Kamra tal-Avukati temmet tappella biex dan il-poster jitneħħa b’mod immedjat u qalet li se tkun qiegħda tirriserva illi tieħu dawk il-passi f’każ li dan ma jseħħx. 

Ekonomija

Sport