Friday, December 27, 2024

Il-Kamra tal-Avukati turi solidarjetà mal-Avukat Ġenerali

Aqra wkoll

Il-kamra tal-Avukati wriet solidarjetà mal-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg wara l-attakki personali li saru fuqha.

Fi stqarrija l-Kamra tal-Avukati tirreferi għal post fuq il-medja soċjali li kien iċċirkolatfl-aħħar jiem dwar l-aġir tal-Avukat Ġenerali fil-qadi ta’ dmirijietha fil-dwar l-Inkjesta Magisterjali li ghaddejja fuq il-kaz tal-mewt ta’ Jean Paul Sofia.

Il-Kamra tal-Avukati tapprezza u taqbel li l-Avukat Ġenerali mhiex lil hinn mill-kritika u kulħadd liberu li jesprimi l-opinjoni tiegħu jew tagħha, ta’ nuqqas ta’ qbil mal-aġir tal-istess Uffiċċju però tappella għal maturità sħiħa bil-mod kif tiġi espressa l-kritika u ma tista taċċetta qatt li l-Avukat Ġenerali tiġi personalment attakkata u jew imzebilħa.

Il-Kamra filwaqt li reġgħet esprmiet is-solidarjetà tagħha lil-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg sostniet li dawn il-kummenti disrispettusi jnaqsu l-fiduċja li l-Poplu għandu jkollu fl- istituzzjoni.

Ekonomija

Sport