Sunday, December 22, 2024

Il-Kamra tal-Kummerċ tinnota l-approċċ sensibbli adottat fir-rigward tal-linja nazzjonali tal-ajru

Aqra wkoll

Il-Kamra tal-Kummerċ innotat l-approċċ sensibbli, realistiku u trasparenti li qed jiġi adottat fir-rigward tal-linja nazzjonali tal-ajru.

Fost l-oħrajn qalet li l-impenn li jittieħdu deċiżjonijiet konkreti li huma l-ewwel u qabel kollox fl-interess nazzjonali huma evidenti.

Fi stqarrija, ġie nnutat kif dan jikkuntrasta mad-diversi approċċi li ttieħdu fil-passat fir-rigward tal-Air Malta. Hija qalet ukoll li ta’ min ifaħħar il-maturità li biha l-unions laqgħu dan il-pjan ta’ ristrutturar għal-linja tal-ajru nazzjonali.

Żiedet tgħid li temmen li l-azzjonijiet proposti biex titjieb il-prestazzjoni finanzjarja tal-linja tal-ajru huma raġjonevoli u kredibbli. 

Hija wkoll irrakkomandat li l-ħaddiema li mhux se jibqgħu mal-Air Malta għandhom jiġu kunsidrati l-ewwel biex ikunu sekondati mas-settur privat.

Ekonomija

Sport