Il-Bank of Valletta u l-Kamra tal-Kummerċ organizzaw il-konferenza bit-titlu ‘Malta’s Economic Compass 2026’, li laqqgħet flimkien stakeholders ewlenin f’diskussjoni dinamika dwar l-istat ekonomiku f’Malta, f’dinja li hija aktar kumplessa u imprevedibbli minn qatt qabel. L-ambjent ekonomiku dinji se jibqa’ ta’ sfida, u d-dipendenza fuq il-mentalità ta’ “business as usual” m’għadhiex biżejjed. Jeħtieġ li nesploraw alternattivi għall-futur, nidentifikaw opportunitajiet ġodda, nikkoreġu dak li hu żbillanċat qabel ma jsir riskju sistematiku.

Fid-diskors tal-ftuħ, il-President tal-Kamra tal-Kummerċ, William Spiteri Bailey, irrimarka li, “millperspettiva talKamra talKummerċ, hemm tliet prijoritajiet ċari. Ittkabbir futur ta’ Malta għandu jkun immexxi millproduttività, b’enfasi fuq ilħiliet, itteknoloġija, governanza b’saħħitha u regolamentazzjoni li toħloq valur fittul aktar milli qligħ fuq medda qasira ta’ żmien. Dan jirrikjedi għażliet deliberati dwar liema setturi għandhom jiġu appoġġjati u b’liema mod. Malta għandha wkoll bżonn approċċ onest u kkoordinat lejn iddemografija u lħaddiema. Ittalent barrani huwa essenzjali, iżda għandu jkun akkumpanjat minn ippjanar tajjeb għallintegrazzjoni, lakkomodazzjoni, linfrastruttura u lkoeżjoni soċjali. Flaħħar nett, setturi ewlenin bħatturiżmu u lproprjetà għandhom imorru lil hinn mill-mentaltà “business as usual” lejn mudelli ta’ valur ogħla, ippjanati aħjar u mmexxija millESG, li jżommu lkompetittività u jqassmu lbenefiċċji b’mod aktar ġust.”
Dr Marthese Portelli, Kap Eżekuttiv tal-Kummerċ qalet li, “Irrata baxxa ta’ qgħad f’Malta, għalkemm pożittiva, toħloq ukoll sfidi għannegozji li qed ifittxu li jingaġġaw. Fiddawl ta’ dan, innegozji għandhom jirrevedu lproċessi tannegozju sabiex iżidu leffiċjenza u jeliminaw proċessi superfluwi li jistgħu jiġu trasformati permezz ta’ investiment fitteknoloġija. Firrigward talinnovazzjoni, minkejja lprogress li sar, ilEuropean Innovation Scoreboard jikklassifika lil Malta bħala innovatur moderat, b’lakuni strutturali bħalma hu ‘venture capital’ limitat u nnumru baxx ta’ gradwati b’dottorat li qed ixekklu ekosistema ta’ innovazzjoni aktar b’saħħitha. Ittkabbir ekonomiku għandu jiġi evalwat ukoll lil hinn miċċifri talGDP. Ittkabbir għandu jkun ippjanat tajjeb, iffukat fuq setturi speċifiċi u bbilanċjat malbenesseri. Itturiżmu juri dan b’mod ċar: ilKamra talKummerċ ilha mill-2021 twissi dwar provvista żejda ta’ akkomodazzjoni, u limpatt tagħha jidher b’mod ċar illum. Hekk kif ilGvern jinċentiva setturi ewlenin, għandu jibqa’ flessibbli, proattiv u b’viżjoni għallfutur. Fuq kollox, ilkwalità għandha tkun definita b’mod ċar u olistiku, u toffri esperjenzi sinifikanti li jibbenefikaw lillkomunità, filwaqt li jħarsu lkultura, ilwirt u lidentità ta’ Malta.”
IlKap Eżekuttiv talBOV, Kenneth Farrugia, li ħa sehem ukoll fiddiskussjoni talpanel, tkellem dwar irrwol importanti li ssettur finanzjarju ta’ Malta jista’ jkollu biex jappoġġja ttkabbir ekonomiku fittul permezz talinnovazzjoni u linvestiment fitteknoloġija. Huwa nnota li lkumpaniji għandhom ikomplu jadottaw ittrasformazzjoni diġitali u jinvestu fitteknoloġija, b’mod partikolari flintelliġenza artifiċjali. “Ilkumpaniji mhux dejjem qed jaraw ilbenefiċċji fittul talinvestimenti li qed jagħmlu llum. Irridu ninvestu issa biex niksbu profittabbiltà aktar b’saħħitha fittul,” qal isSur Farrugia. “Il-qofol huwa dak li se nħallu warajna, għandna nkunu mmexxija millwirt li rridu nħallu lillġenerazzjonijiet futuri.” Dwar ilpensjonijiet, huwa saħaq fuq limportanza li wieħed ikun għaqli flużu talflus u flippjanar finanzjarju fittul.
Malcolm Bray, Kap tad-Dipartiment tal-Ekonomija fi ħdan il-Bank of Valletta, għamel id-diskors ewlieni, fejn offra analiżi dettaljata tax-xenarju dinji dejjem aktar imprevedibbli. Huwa nnota li l-bidliet rapidi fl-isferi ekonomiċi, politiċi, teknoloġiċi u ambjentali qed ikomplu jsawru l-iżviluppi madwar id-dinja. Minkejja tensjonijiet ġeopolitiċi kbar, is-Sur Bray innota li l-perspettiva ekonomika ta’ Malta għadha favorevoli, appoġġjata minn tkabbir ekonomiku sod, qgħad baxx, inflazzjoni li tikkonverġi lejn il-mira tal-Bank Ċentrali Ewropew, u proporzjon ta’ dejn pubbliku li jibqa’ fi ħdan il-limiti stabbiliti. Huwa enfasizza wkoll kif il-prestazzjoni tal-esportazzjoni ta’ Malta wriet reżiljenza notevoli minkejja l-introduzzjoni tat-tariffi tal-Istati Uniti, u attribwixxa din is-saħħa għad-diversifikazzjoni tas-setturi ekonomiċi ta’ Malta.
Fil-preżentazzjoni tiegħu, is-Sur Bray tkellem dwar ix-xejriet demografiċi ta’ Malta, it-turiżmu, is-suq tal-proprjetà, u l-finanzi pubbliċi. Huwa nnota l-għadd rekord ta’ wasliet fis-settur turistiku, filwaqt li saħaq dwar il-ħtieġa li jittejjeb l-infiq reali per capita. Fir-rigward tas-suq tal-proprjetà, spjega l-fatturi li wasslu għaż-żieda fil-prezzijiet tal-proprjetà residenzjali u osserva li għalkemm il-ġid tal-familji kiber maż-żmien, għadu kkonċentrat ħafna fuq il-proprjetà u d-depożiti bankarji, u b’hekk indika li hemm lok għal użu aħjar tal-assi. Dwar il-finanzi pubbliċi, huwa ħeġġeġ li ssir analiżi profonda lil hinn miċ-ċifra tad-defiċit nominali biex tiġi eżaminata d-dinamika tan-nefqa f’konformità mal-qafas il-ġdid ta’ governanza ekonomika tal-UE. Semma oqsma identifikati bħall-immaniġjar tal-iskart muniċipali u l-emissjonijiet fejn Malta għadha lura meta mqabbla mal-medja tal-UE.
Id-diskussjoni tal-panel bit-titolu “Balancing Growth and Resilience Amid Global Shifts” iffokat fuq is-sitwazzjoni ekonomika attwali ta’ Malta fil-kuntest tal-inċertezza li għaddejja minħabba tensjonijiet ġeopolitiċi. Imexxija minn Rachel Bondi Attard, Kap tal-Istrateġija tal-Midja u Komunikazzjoni, id-diskussjoni laqqgħet flimkien lil Kenneth Farrugia, CEO tal-BOV; Dr Martese Portelli, is-CEO tal-Kamra tal-Kummerċ; Reuben Debono, CEO tal-Grupp Maypole; u Bernard Attard, Clients & Markets Leader, PwC Malta. Huma identifikaw oqsma ta’ prijorità fejn hemm ħtieġa ta’ bidla u trasformazzjoni strutturali u eżaminaw li l-policies ewlenin għandhom jingħataw prijorità biex jinżamm il-progress u jiġi evitat l-istaġnar.

