Thursday, December 26, 2024

Il-Kamra tan-Negozju għal Għawdex tressaq il-proposti tagħha għall-baġit 2022

Aqra wkoll

Il-Kamra tan-Negozju għal Għawdex qed tressaq il-proposti tagħha għall-baġit 2022. Dawn il-proposti huma mibnija fuq viżjoni għall-żvilupp ekonomiku, sostenibbli u fit-tul f’Għawdex. L-għan prinċipali ta’ din il-viżjoni għandha tkun li tgħin biex tiġi ddiversifikata l-ekonomija Għawdxija, mingħajr imma ma tieqaf tagħti każ tal-ħtiġijiet essenzjali marbuta mas-soċjeta u l-ekonomija f’Għawdex.

Għal dan ilgħan il-Kamra tan-Negozju għal Għawdex qed tressaq numru ta’ proposti mibnija fuq analiżi talekonomija Għawdxija u l-ħtiġijiet tagħha u li hi ffukata fuq numru ta’ pilastri:

  1. Niżguraw li l-Iżvilupp f’Għawdex ikun wieħed sostenibbli
    • Jiġu kkrejati skemi speċifiċi għal Għawdex li jiffukaw fuq ir-restawr ta’ bini antik. L-inċentivi għandhom ikunu marbuta mal-fatt li r-restawr għandu jsir b’tali mod li l-bini jsir iktar effiċjenti flużu tal-enerġija, u li jnaqqas l-impatt tal-emissjonijiet tal-karbonju f’dik il-binja partikolari. Liskemi għandhom jidentifikaw żoni speċifiċi, bħal per eżempju ċ-ċentru tal-belt Victoria, fejn numru ta’ bini antik jinstab mhux użat u qiegħed fi stat dilapidat.
    • Id-djar li jiġu mixtrija biex jiġu restawrati u mgħixa fihom, u mhux żviluppati fi blokok ta’
    appartamenti, għandhom jaqgħu taħt reġim ta’ taxxa imnaqqas. Għalkemm dan għandu
    japplika kemm għal djar ġewwa u barra l-Urban Conservation Areas (UCAs) reġim ta’ taxxa iktar favorevoli għandu japplika għal djar barra l-Urban Conservation Areas. Minħabba lpolicies preżenti l-impatt, li ġej mill-fatt li d-djar qed jitwaqqgħu biex minflokhom jitilgħu blokok ta’ appartamenti, huwa ikbar fiż-żoni tal-iżvilupp barra l-Urban Conservation Areas.
  2. L-Ekonomija l-Ħadra u d-Diġitalizzazjoni
    • Għandu jinbeda l-proċess biex tiġi stabbilita fakulta’ speċjalizzata f’Għawdex li tiffoka fuq lekonomija l-ħadra u setturi assoċjati.
    • Jiġi fformulati pakkett ta’ inċentivi, biex jiġu ttestjati f’Għawdex soluzzjonijiet sostenibbli qabel ma dawn jiġu mplimentati fuq livell nazzjonali.
    • Tinħareġ espressjoni ta’ nteress internazzjonali għal kumpaniji speċjalizzati biex jimmaniġjaw id-Digital Innovation Hub fix-Xewkija, bħala nkubatur għal start-ups fis-settur diġitali.
  3. L-Agrikoltura
    • Niżguraw iktar punti għal new water madwar Għawdex.
    • Ninċentivaw il-bini ta’ ħitan tas-sejjieħ madwar l-għelieqi f’żoni rurali f’Għawdex.
    • Tingħata assistenza finanzjarja lill-bdiewa żagħar biex jiġi nkoraġġiti li jkomplu jaħdmu f’dan is-settur. Dan għandu jinkludi wkoll tip ta’ assistenza biex il-bdiewa żagħar jingħataw art agrikola.
    • Jingħataw korsijiet ta’ nformazzjoni lill-bdiewa rigward liġijiet relatati mas-settur tagħhom, u kif ukoll kif għandhom jikkoltivaw l-għelieqi u l-prodotti tagħhom.
  4. It-Trasport u l-Konnettività
    • Jiżdiedu l-inċentivi biex residenti f’Għawdex jaqilbu għall-karozzi elettriċi li jinkludu: (a)
    rifużjonijiet aħjar meta tinxtara karozza eletrika; u (b) rati aħjar għad-djar Għawdxin meta
    jiċċarġjaw il-karozzi tagħhom fi djarhom stess.
    • Jitnaqqas in-noll tal-vapur għal dawk ir-residenti Maltin li jaqsmu lejn Għawdex permezz ta’ karozza elettrika u jkun hemm rati aħjar meta r-residenti Maltin jiċċarġjaw il-vettura tagħhom fuq infrastruttura pubblika f’Għawdex.
    • Is-sistema tat-trasport pubbliku f’Għawdex tinqaleb kompletament biex jintużaw vetturi elettriċi li jkunu iżgħar imma iktar frekwenti bejn il-lokalitajiet. Karozzi tal-linja ikbar, imma li jkunu xorta elettriċi jew hybrid, għandhom jintużaw biss għar-rotot prinċipali bħal dik bejn l-Imġarr u l-belt Victoria.
    • Jinbeda l-proċess biex tiġi żviluppata air link bejn Għawdex u Malta.
    • Jitkompla l-proċess ta’ implimentazzjoni tal-proġett tal-permanent link bejn Għawdex u Malta.
  5. Infrastruttura
    • Jinbeda l-proċess għal parkeġġ sostenibbli taħt l-art u li jinkorpora diversi sulari fil-belt
    Victoria.
    • Jinbeda l-proċess għal sptar ġdid f’Għawdex li jikkumplimenta l-investiment magħmul filKampus ta’ Għawdex tal-Queen Mary University of London.
Ekonomija

Sport