Saturday, December 21, 2024

Il-Kanada jirbħu l-4x100m tal-irġiel

Aqra wkoll

It-tieni avveniment tas-serata kienet il-finali tal-4x100m tal-irġiel.

Ix-xita qawwija li niżlet matul it-tellieqa tan-nisa kienet għadha ma waqfitx.

L-Italja, il-Ġappun, il-Gran Brittanja, l-Istati Uniti, Franza, l-Afrika t’Isfel, iċ-Ċina u l-Kanada kienu f’din il-finali.

Fil-bidu tat-tellieqa kien hemm ħruġ tajjeb għall-Afrika t’Isfel u l-Istati Uniti.

Iżda kien hemm bidla bil-mod għall-Istati Uniti li kellhom ħafna xogħol x’jagħmlu biex ilaħħqu ma’ ta’ quddiem!

Il-Ġappun u l-Italja kienu qed jillidjaw meta waslu fid-dritta finali u f’lane 9 kien hemm il-Kanada li kellhom lil Andre de Grasse jankra għar-rebħa … 37.50 sekondi.

Il-fidda ħaduha l-Afrika t’Isfel f’rekord Afrikan ta’ 37.57, bil-bronż jeħduha l-Gran Brittanja f’37.61.

L-Istati Uniti spiċċaw fis-seba’ post. Fil-fatt, le. Għax huma ġew skwalifikati.

Ekonomija

Sport