Monday, December 23, 2024

Il-Kanċillier tal-Awstrija jirriżenja minħabba allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni

Aqra wkoll

Il-Kanċillier tal-Awstrija Sebastian Kurz irriżenja mill-kariga wara pressjoni kbira minħabba allegat skandlu ta’ korruzzjoni. Huwa ppropona li l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Alexander Schallenberg ikun il-persuna li jeħodlu postu. 

Kurz, flimkien ma’ disa’ persuni oħrajn, spiċċaw taħt investigazzjoni wara rejds li saru f’numru ta’ postijiet li għandhom rabtiet mal-konservattivi tal-Partit tal-Poplu (ÖVP). 

Min-naħa tiegħu Kurz ċaħad l-allegazzjonijiet li uża flus tal-gvern biex li jkollu rapportaġġ favorevoli fuq ġurnal partikolari. L-allegazzjonjiet fil-konfront tiegħu, li feġġew l-ewwel darba din il-ġimgħa, wasslu biex kważi waqa’ l-gvern u dan hekk kif il-Ħodor, li huma parti żgħira mill-gvern ta’ Kurz, qalu li dan tal-aħħar ma jistħoqqlux li jkun il-Kanċiller tal-Awstrija. Min-naħa tagħhom, il-Ħodor bdew diskussjonijiet ma’ partiti oħrajn fl-oppożizzjoni u qed jgħidu li din il-ġimgħa huma se jressqu vot ta’ sfiduċja fil-konfront ta’ Kurz. 

Ekonomija

Sport