Thursday, November 7, 2024

Il-kantant tal-grupp Scorpions jiċħad li l-kanzunetta Wind of Change nkitbet mis-CIA

Aqra wkoll

Il-kantant tal-grupp mużikali popolari Scorpions, Klaus Meine, iddeskriva bħala fake news l-għajdut li l-ballada popolari ta’ dan il-grupp bl-isem ta’ Wind of Change kienet miktuba mis- CIA.

Maine u l-grupp tiegħu dejjem qalu li kienu huma li kitbu din il-kanzunetta popolari. Dan il-grupp kien daqq din id-diska f’festival f’Moska fl-1989 bl-isem ta’
Moscow Music Peace Festival. Jieħdu sehem f’dan il-festival kien hemm Bon Jovie u Motley Crue.

It-teorija li Wind Of Change kienet miktuba mis-CIA bħala propaganda żmien il-Gwerra l-Bierda qamet waqt serje ta’ podcast bl- isem ta’ Wind Of Change fuq Spotify li bdiet dan ix-xahar. Din is-serja hija ppreżentata mill-ġurnalist Amerikan Patrick Radden Keefe u dan qal li hu beda investigazzjoni wara storja li sema’ mingħand ħabib tiegħu li kien jaħdem mas-CIA li kien qal li d-diska Wind of Change kienet inkitbet bħala propaganda biex iġġiegħel lill-Unjoni Sovjetika tbiddel l-attitudni tagħha.

Maine riċentament kellu intervista ma’ Keefe u qal li għall-ewwel ħaseb li l-ġurnalist qiegħed jiċċajta meta saqsieh dan.

Sport