Il-kantawtrici Maltija Lyndsay Pace ghadha kif rebħet il-premju għall-Aqwa Kanzunetta Pop fil-World Entertainment Awards f’Los Angeles, Hollywood ghal kanzunetta tagħha “Trippin’,” mehuda mill-album taghha “Dopamine”.
Magħrufa għall-parteċipazzjoni tagħha fil-Malta Eurovision Song Contest, X Factor Malta u Mużika Mużika, Lyndsay kompliet tħalli l-marka tagħha fuq livell internazzjonali permezz ta’ dan ir-rikonoxximent li ntlaqgħet b’mod pożittiv minn professjonisti ta’ l-industrija globali.
Dan is-suċċess isaħħaħ il-pożizzjoni ta’ Lyndsay bħala waħda mill-aktar artisti prominenti ta’ pajjizna u jhabbar kapitlu ġdid u eċċitanti fil-karriera mużikali tagħha.

