Monday, December 23, 2024

Il-Kap Eżekuttiv tal-FKNK jissospendi ruħu minn fuq il-Kumitat Ornis

Aqra wkoll

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) għamlet referenza għal-laqgħa li saret l-Erbgħa tal-Kumitat Ornis fejn argument zgħir ġie interpretat bħala attakk fiżiku.

“Wieħed jawgura li tali sitwazzjoni tiġi ndirizzata mill-perspettiva ġusta tagħha u ma jsir l-ebda kapital inġust minn tali inċident.”

“Għaldaqstant u filwaqt li l-FKNK tiskuża ruħa mas-Sur Richard Lia jekk dan ħassu b’xi mod imdejjaq għal li ġara, tavża li din il-kwistjoni sejra tiġi diskussa internament,” qalet l-FKNK.

Sadanittant, il-Kap Eżekuttiv minn jeddu ssospenda ruħu bħala rappreżentant tal-FKNK minn fuq il-Kumitat Ornis.

Ekonomija

Sport