Saturday, November 23, 2024

“Il-Kap il-ġdid bagħat messaġġ li Malta mhijiex full up u fixkilni fil-ħidma tiegħi mal-mexxejja Ewropej” – Il-PM Robert Abela

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robet Abela qal li xtaq li bħala demm ġdid fil-Partit Nazzjonalista, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qajjem temi pożittivi li l-poplu qed iħares lejhom fosthom kif se jinħoloq il-ġid u kif se tiġi ġġenerata l-ekonomija.

Waqt li kien qiegħed iwieġeb għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti Abela qal li minkejja li saret bidla fil-Kap l-atteġjament baqa’ wieħed l-istess. 

Dwar it-talba tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista dwar inkjesta, il-PM qal li jekk għandu xi informazzjoni dwar allegat każ ta’ korruzjoni huwa fid-dmir li jmur għand il-Pulizija u li f’dan il-każ diġà qiegħed sigħat tard.

Rigward is-suġġett tal-immigrazzjoni, Abela għamel distinzjoni bejn l-immigranti regolari għal dawk li jiġu f’pajjiżna b’mod irregolari. Qal li l-pożizzjoni ta’ dan il-gvern fejn jidħlu immigranti irregolari hija dik li “pajjiżna full up”. Abela qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni fixkel il-ħidma tal-Prim Ministru fil-messaġġ tiegħu mal-mexxejja Ewropej li Malta full up. Abela qal li b’azzjonijietu, Grech qabad is-suġġett ta’ taħt fuq u dawn il-mexxejja mhux jaslu jaċċettaw il-verżjoni ta’ Abela meta l-Oppożizzjoni qed tgħid mod ieħor.

Sport