Saturday, December 28, 2024

Il-Kap ta’ Twitter Elon Musk jieħu t-titlu tal-iktar persuna sinjura fid-dinja

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Elon Musk reġa’ ħa t-titlu tal-iktar persuna sinjura f’din id-dinja. Dan hekk kif huwa qabeż lill-ġgant tal-karozzi lussużi Bernard Arnault.

Il-valur ta’ Musk żied b’$55.3 biljun minn Jannar għal $192 biljun, wara żieda drastika fil-valur tal-kumpanija tiegħu tal-karozzi elettriċi Tesla.

Skont informazzjoni maħruġa mill-Indiċi tal-Biljunarji, il-valur li kellu s-Sur Arnault naqset b’$ 24.5 biljun u għalhekk bħalissa huwa għandu madwar $ 187 biljun. L-istess informazzjoni tgħid li wara Musk u Arnault, Jeff Bezos ikklassifika fit-tielet post u Bill Gates fir-raba’ post.

Is-Sur Arnault kien qabeż lil Musk fuq il-lista tas-sinjuri f’Diċembru li għadda, meta l-isħma fil-kumpanija LMVH, kumpanija tal-oġġetti lussużi, hek kif qabżu d-domanda għal dawn l-oġġetti. Fl-istess l-isħma f’Tesla, il-kumpanija li minnha s-Sur Musk jieħu l-biċċa l-kbira mill-ġid tiegħu, naqsu drastikament hekk kif Musk kiseb Twitter taħt idejħ.

Aktar kmieni din il-ġimgħa, is-Sur Musk għamel żjara fiċ-Ċina sabiex jiddiskuti l-kumpanija Tesla, li l-istess ditta tal-karozzi qed tħares sabiex tibbenifika mill-inteliġenza artifiċjali.

Is-Sur Arnault, li waqqaf il-ġgant tal-oġġetti lussużi fl-1987, għandu sehem ta’ maġġoranza fin-negozju, li hija l-aktar ditta siewja tal-Ewropa.

F’Jannar li għadda l-Franċiż ħatar lil bintu Delphine Arnault, ta’ 47 sena, bħala l-kap tad-dar tal-moda tiegħu Dior. Il-ħames ulied tas-Sur Arnault kollha għandhom pożizzjonijiet maniġerjali f’marki fil-grupp.

Ekonomija

Sport