Monday, February 2, 2026

Il-Kap tal-Oppożizzjoni jikkonferma li jħalli madwar 30,000 familja bla tax cut

- Il-Partit Laburista

Aqra wkoll

F’intervista Alex Borg kkonferma li ġenituri ħaddiema b’wild wieħed iħallihom jittewbu u jinsihom mit-tnaqqis fit-taxxa. Kien iħalli barra madwar 30,000 familja li taħdem għax għalih dawn ma għandhomx jiġu mgħejjuna.

Kieku l-pajjiż jisma’ mill-Kap tal-Oppożizzjoni dak huwa r-riżultat għaliex il-proposta tiegħu hi bil-fatti inferjuri għal dak li daħħal il-Gvern Laburista bil-Budget 2026 fejn ġenituri b’wild wieħed u anki b’żewġt ulied jew aktar qed igawdu mit-tieni tax cut konsekuttiva apparti tax cut oħra għall-ħaddiema kollha.

Bit-tax cut ta’ Gvern Laburista, familja middle class li taqla’ sa €60,000 fis-sena bejn żewġ ġenituri u għandha żewġt ulied mhux se tħallas ċenteżmu taxxa għal kważi kwart ta’ seklu filwaqt li ġenituri b’wild wieħed ukoll se jiffrankaw b’mod qawwi l-ħlas ta’ taxxa.

Differenza ċara bejn Gvern u Oppożizzjoni fejn din tal-aħħar jew twiegħed u ma twettaqx jew saħansitra twiegħed inferjuri. Min-naħa l-oħra, Gvern Laburista jwettaq aktar milli jwiegħed: bħal fil-każ taż-żieda fiċ-Children’s Allowance u sa dalgħodu l-Prim Ministru Robert Abela ħabbar kif għalkemm intqal li żgħażagħ li diġà gawdew mill-iskema tal-gym bla ħlas, ma kienux se jibbenifikaw minnha, issa l-Gvern iddeċieda li joffriha mill-ġdid lil dawn iż-żgħażagħ biex jerġgħu jgawdu minn din l-iskema għal sena oħra.

Jekk xejn, il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla jikkonferma kemm mhux lest imexxi lil dan il-pajjiż għall-ġid tal-familji. Illum reġa’ mar lura għal dak li qal f’Settembru meta kkopja proposta li kien diġà semma l-Ministru tal-Finanzi imma l-Gvern ma straħx biss fuqha anzi kompla jtejjibha biex qed igawdu eluf aktar ta’ ħaddiema.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport