Tuesday, February 24, 2026

“Il-Kap tal-Oppożizzjoni jrid ikompli jilgħab il-logħba tal-estremisti”- il-Partit Laburista

Aqra wkoll

“Il-Kap Nazzjonalista Alex Borg għamel 4 minuti jitkellem waħdu b’messaġġ moqri fuq it-televiżjoni. Ħaġa waħda sempliċi ma qalx: x’inhi r-reazzjoni tal-Oppożizzjoni għat-tieni isem propost mill-Gvern għall-kariga ta’ Prim Imħallef ġdid”

Dan ħereġ minn stqarija mill-Partit Laburista, fejn ingħad; ” Isem li tpoġġa fuq il-mejda tad-diskussjoni l-Erbgha li għadda u li l-Oppożizzjoni wegħdet tweġiba dwaru sat-Tnejn ta’ wara (jiġifieri lbieraħ).

Il-PL temm jgħid li sal-lum, l-Oppożizzjoni baqgħet ma qalet xejn.  Qalet ukoll; “Hija ċara li Alex Borg irid ikompli jilgħab il-logħba tal-estremisti. Il-poplu se jkompli jiġġudikah”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport