Sunday, December 14, 2025

Fil-mitt jum ta’ Kap ġdid… Borg qal li għada se jippubblika l-accounts awditjati tiegħu

Aqra wkoll

F’intervista l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg, ħabbar li waqt il-mass rally li se tittella’ llum se jsemmu t-tragwardi tagħhom bħala partit. Iżda, aktar minnhekk, ħabbar xi ħaġa tant mistennija – dik li jippubblika l-accounts awditjati tiegħu u dan, skont Borg, “biex nuru li rridu trasparenza”. Il-Kap tal-Oppożizzjoni, li għada ukoll jagħlaq il-mitt jum ta’ ħidma minn mindu nħatar bħala Kap ġdid tal-PN għadu qiegħed jara triq iebsa biex jerbaħ l-elezzjoni li jmiss tant li ammetta li stħarriġ wara ieħor juru li għad hemm distakk u li l-PN għad fadallu ħafna x’jaħdem għax għadu minn taħt.

F’din l-intervista l-Kap tal-Oppożizzjoni qal li dawn il-100 jum se jibqgħu ttimbrati bil-kuntatt kontinwu li kellu man-nies. “Din hija wegħda li għamilt. Ridt li l-ħidma tal-PN ma tkunx minn hawn ġew biss imma anke barra. Ridt nagħmilha u se nkompli nagħmilha għax dik hija t-tip ta’ politika li tipperswadi lin-nies. Fadal x’naħdmu…”.

Hawn il-Kap tal-Oppożizzjoni stqarr li bħala partit “irridu nkomplu nibnu fuq it-tajjeb li għamel dan il-Gvern għal kwalità ta’ ħajja aħjar”. Tenna wkoll li kienu ħafna dawk li fl-imgħoddi ddubitaw mill-PN iżda insista li l-passi li kienu ttieħdu minn amministrazzjonijiet tal-PN kienu saru biex Malta timxi ‘l quddiem. Qal li l-mira tal-PN jekk ikun fil-gvern hija li Malta ssir destinazzjjoni ta’ kwalità u eċċellenza.

Hawn huwa semma’ liż-żgħażagħ tagħna u setturi ġodda. “Aħna bħala partit naraw li nibnu dawn is-setturi f’pajjiżna bħalma għamilna fil-passat. Hekk Malta tagħmel qabża fil-kwalità”.

Il-ħidma li jara fix-xhur u s-snin li ġejjin hija dik li jkompli għaddej bl-istess ħidma biex jagħti tama lill-poplu u bħala PN, iġibu riżultati pożittivi. “Ma naqbżu ebda dar u raħal biex inkomplu dan il-kapitlu li bdejna. Se nkompli nisma’ lin-nies biex inkomplu nikkonvinċu lin-nies. Illum wasalna fil-punt li rridu nġibu qabża ta’ kwalità. Fix-xhur u s-snin li ġejjin se nkomplu nibnu l-fiduċja fil-PN li huwa kapaċi jkun gvern alternattiv u denju”.

Hawn ma naqasx li tissemma’ maratona oħra ta’ ġbir ta’ fondi għall-PN, it-tieni waħda għal Borg. Fir-rigward dan il-Kap tal-Oppożizzjoni saħaq li din hija “ġurnata importanti għax hija maratona kruċjali… nitlobu l-ftit mill-ħafna. Aħna nduru lin-nies u niġbru mingħandhom ħalli nkomplu nsaħħu l-finanzi tal-PN li huma importanti għall-ħidma tagħna”.

Finalment, għal Alex Borg, din hija maratona kruċjali wkoll għax “fl-aħħar maratona rnexxielna niġbru nofs miljun u f’din għandna tragward li niġbru aktar”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport