Tuesday, December 30, 2025

Il-Kap tal-Oppożizzjoni jżur il-kamra tal-aħbarijiet tal-Union Print 

Aqra wkoll

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Dr Alex Borg żar lill-impjegati fil-kamra tal-aħbarijiet tal-Union Print fl-okkażjoni tal-awguri għas-sena l-ġdida. 

Mal-wasla tiegħu fil-Workers’ Memorial Building, il-Belt Valletta, huwa kien milqugħ minn Kevin Camilleri, Deputat Segretarju Ġenerali tal-GWU u Omar Vella, Kap Eżekuttiv tal-Union Print.

F’kelmtejn li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni, huwa enfasizza li l-ġurnaliżmu f’kull forma tiegħu għandu jkompli jiġi msaħħaħ aktar sabiex il-messaġġ lill-poplu jitwassal aktar malajr u b’mod korrett.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Union Print Omar Vella qal li l-ġurnaliżmu qed jaffaċċja sfidi kbar, partikolarment għall-midja stampata minħabba l-għoli fil-prezzijiet partikolarment tal-karta. Huwa rrimarka wkoll kemm hi valida li l-Gvern jgħin finanzjarment biex dawn l-ispejjeż jittaffew.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport