Waqt il-ħin tal-mistoqsijiet, id-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech u warajh il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia staqsew kemm intilfu postijiet tax-xogħol f’Malta fl-aħħar sitt xhur. Fit-tweġiba tiegħu l-Ministru Bonniċi rrefera għal Cladio Grech bħala l-Kap tal-Oppożizzjoni Putattiv.
Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Adrian Delia, qal li “jien jimmeraviljani Dr Delia. Naf li bħalissa qed jara ħafna sajjetti u xita. Fid-dinja hawn aġenzija li jispiċċaw dwar it-tkabbir ekonomiku. Dawn jistgħu jbassru kemm l-ekonomija se tikber. Meta dawn ibassru u tara x’qed jgħidu, dawn qed jgħidu li t-tbassir ta’ tkabbir hu fost l-aqwa jekk mhux l-aqwa. Din hi risposta li l-Oppożizzjoni u l-Kap tal-Oppozizzjoni Dr Adrian Delia u l-Kap tal-Oppożizzjoni Putattiv, Claudio Grech għax imbagħad reġa’ bdielu, din ma jridux jisimgħuha”.