Friday, November 15, 2024

Il-kap tal-oppożizzjoni tas-Sri Lanka mhux se jikkontesta l-elezzjoni Presidenzjali

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat, il-kap tal-oppożizzjoni tas-Sri Lanka – Sajith Premadasa – ħabbar li mhux se jkun qiegħed jikkontesta l-elezz­joni presidenzjali tal-pajjiż u wiegħed li se jkun qiegħed jagħti l-appoġġ tiegħu lill-kandidat rival li mistenni li jikkontesta kontra Ranil Wickremesinghe li fil-preżent qiegħed jokkupa l-kariga ta’ President proviżorju. 

Studenti u gruppi oħrajn ġewwa dan il-pajjiż qegħdin jippjanaw li jagħmlu numru ta’ dimostrazzjonijiet kontra l-kandidatura ta’ Wickremesinghe, u dan hekk ħafna jqisu lil dan il-politiku bħala alleat qrib ħafna tal-eks President Gotabaya Rajapaksa – li kellu jitlaq mill-kariga wara għadd ta’ protesti kontrih. 

Ir-rival ewlieni ta’ Wickremesinghe se jkun Dullas Alahapperuma. Alahapperuma huwa eks ġurnalist u kap tal-partit Samagi Jana Balawegaya. Alahapperuma għamel żmien twil jaħdem fid-dell tal-familja Rajapaksa li ddominat il-politika ta’ Sri Lanka għal deċennji sħaħ.   

Wickremesinghe, li serva sitt darbiet bħala Prim Ministru ta’ Sri Lanka, ħa l-irwol ta’ President b’mod proviżorju wara irvellijiet kbar li wasslu biex Rajapaksa jitlaq mill-pajjiż. 

Id-dimostrazzjonijiet saru minħabba żieda qawwija fil-prezzijiet tal-ikel kif ukoll minħabba n-nuqqas kbir ta’ fjwuil. Dan il-pajjiż jinsab għaddej minn kriżi ekonomika kbira u bosta huma dawk li jemmnu li dan huwa kollu tort tat-tmexxija ħażina ta’ Rajapaksa. 

Ekonomija

Sport