Sunday, September 28, 2025

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Alex Borg ħabbar il-ħatra uffiċjali tax-Shadow Cabinet tiegħu

Aqra wkoll

Dan ix-Shadow Cabinet, magħmul minn Membri Parlamentari impenjati, huwa mfassal biex jippreżenta ruħu bħala gvern alternattiv lest li jmexxi lil pajjiżna għal futur aħjar.

“Din mhix biss ħatra ta’ responsabbiltajiet fuq spallejn id-Deputati tagħna. Din hija prova ċara li l-Partit Nazzjonalista hu lest biex jagħti tmexxija serja, responsabbli u b’viżjoni, u jagħti l-aħjar għażla lill-poplu Malti u Għawdxi”,

qal Alex Borg waqt il-preżentazzjoni.

Din hija l-lista tad-Deputati fix-Shadow Cabinet ta’ Alex Borg:

• Alex Borg

Kap tal-Oppożizzjoni

• David Agius

Deputy Speaker u Shadow Minister għall-Isport u l-Volontarjat

• Robert Cutajar

Whip, Segretarju tal-Grupp Parlamentari u Shadow Minister għas-Self Employed, l-Intrapriżi ż-Żgħar u l-Koperattivi

• Paula Mifsud Bonnici

Assistent Whip u Shadow Minister għall-Anzjanità Attiva

• Darren Carabott

Chairperson tal-PAC u Shadow Minister għall-Intern u s-Sigurtà

• Janice Abela Chetcuti

Shadow Minister għall-Ħarsien tal-Annimali

• Karol Aquilina

Shadow Minister għall-Amministrazzjoni u Effiċjenza fis-Settur Pubbliku

• Graziella Attard Previ

Shadow Minister għall-Ugwaljanza, il-Libertajiet Ċivili u x-Xandir Pubbliku

• Charles Azzopardi

Shadow Minister għall-Wirt Nazzjonali u għad-Delizzji

• Ivan Bartolo

Shadow Minister għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli, il-Ġlieda Kontra l-Faqar u s-Solitudni

• Ivan J Bartolo

Shadow Minister għall-Innovazzjoni u l-Intelliġenza Artifiċjali

• Graham Bencini

Shadow Minister għas-Sigurtà Soċjali u Fondi Ewropej

• Toni Bezzina

Shadow Minister għat-Trasport, l-Agrikoltura u s-Sajd

• Bernice Bonello

Shadow Minister għaż-Żgħażagħ u l-Gvern Lokali

• Eve Borg Bonello

Shadow Minister għat-Tibdil fil-Klima u l-Indafa Pubblika

• Rebekah Borg

Shadow Minister għall-Ambjent

• Albert Buttigieg

Shadow Minister għan-Neurodivergenza u l-Ħarsien tat-Tfal

• Claudette Buttigieg

Shadow Minister għar-Riċerka u ż-Żvilupp

• Ryan Callus

Shadow Minister għad-Djalogu Soċjali u l-Promozzjoni tal-Kummerċ

• Jerome Caruana Cilia

Shadow Minister għall-Ekonomija u l-Intrapriża

• Ivan Castillo

Shadow Minister għax-Xogħol, is-Settur Marittimu u l-Avjazzjoni

• Mario de Marco

Shadow Minister għat-Turiżmu

• Adrian Delia

Shadow Minister għall-Finanzi

• Beppe Fenech Adami

Shadow Minister għall-Affarijiet Barranin

• Graziella Galea

Shadow Minister għall-Inklużjoni u d-Drittijiet tal-Konsumatur

•  Joe Giglio

Shadow Minister għall-Ġustizzja

• Bernard Grech

Shadow Minister għall-Proġetti Kapitali u l-Infrastruttura

• Carmelo Mifsud Bonnici

Shadow Minister għar-Riforma Kostituzzjonali, l-Identità Nazzjonali u d-Djalogu Interkulturali

• Chris Said

Shadow Minister għal Għawdex

• Mark Anthony Sammut

Shadow Minister għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma

• Justin Schembri

Shadow Minister għall-Edukazzjoni

• Stephen Spiteri

Shadow Minister għas-Saħħa

• Ian Vassallo

Shadow Minister għall-Kura Preventiva u Primarja

• Julie Zahra

Shadow Minister għall-Kultura u l-Ekonomija Kreattiva

• Stanley Zammit

Shadow Minister għall-Ippjanar u l-Artijiet

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport