Saturday, September 14, 2024

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista jaħtar ix-Shadow Cabinet

Aqra wkoll

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech matul il-ġurnata tat-Tnejn iltaqa’ mad-deputati eletti kollha tal-Partit Nazzjonalista. Huwa assenja lilhom ir-responsabiltajiet tagħhom bħala kelliema tal-Oppożizzjoni.

Huwa rringrazzja lil dawk il-kelliema u deputati li servew fil-ħames snin li għaddew filwaqt li awgura lill-Kelliema l-ġodda għax-xogħol li se jkunu qed iwettqu fix-xhur u s-snin li ġejjin.

Fil-ġranet li ġejjin il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech se jkun qed jassenja wkoll il-ħidma fil-kumitati permanenti tal-Parlament.

David Agius
Deputy Speaker u Kelliem għall-Politika Soċjali
Responsabbli mill-politika soċjali, l-politika dwar il-familja, s-sigurta’ soċjali, l-pensjonijiet, u sservizzi ta’ solidarjetà

Robert Arrigo
Kelliem għat-Turiżmu
Responsabbli mis-settur tat-turiżmu

Robert Cutajar
Whip, Segretarju tal-Grupp Parlamentari u kelliem għas-Self Employed u Intrapriżi ż-Żgħar
Responsabbli mill-Grupp Parlamentari PN, self employed u l-intrapriżi ż-żgħar

Paula Mifsud Bonnici
Assistent Whip, Kelliema għall-Anzjanitá Attiva
Responsabbli mill-anzjani, s-servizzi fil-komunita’ u d-djar għall-anzjani

Darren Carabott
Chairperson PAC u Kelliem għall-Gvern Lokali u l-Amministrazzjoni Pubblika
Imexxi l-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi, responsabbli mill-Gvern Lokali u lamministrazzjoni Pubblika

Karol Aquilina
Kelliem għall-Ġustizzja
Responsabbli mill-Qrati, l-Avukat ġenerali, l-avukat tal-istat u n-nutar tal-Gvern

Graziella Attard Previ
Kelliema għall-Ugwaljanza u d-drittijiet tat-tfal
Responsabbli mill-ugwaljanza, d-drittijiet ċivili, d-drittijiet umani, d-drittijiet tal-minoranzi u lpolitika u d-drittijiet tat-tfal

Charles Azzopardi
Kelliem għad-Delizzji u l-ġlieda kontra l-għoli tal-ħajja
Responsabbli mill-ħarsien u l-promozzjoni tad-delizzji tradizzjonali inkluż il-kaċċa u l-insib u l-ġlieda
kontra l-għoli tal-ħajja

Ivan Bartolo
Kelliem għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli u l-ġlieda kontra l-faqar
Responsabbli mill-akkomodazzjoni soċjali u affordabbli, l-awtorita’ tad-djar u l-ġlieda kontra l-faqar

Ivan J Bartolo
Kelliem għall-Ekonomija u ħolqien ta’ setturi ekonomiċi ġodda
Responsabbli mill-industrija, ħolqien ta’ setturi ekonomiċi ġodda, l-Airmalta, l-ekonomija diġitali u lintelliġenza artifiċjali

Toni Bezzina
Kelliem għall-Agrikoltura u s-Sajd
Responsabbli mill-politika rurali, s-sigurta’ tal-ikel, l-agrikoltura, s-sajd u l-akwakultura

Graham Bencini
Kelliem għall-Isport u x-Xandir Nazzjonali
Responsabbli mill-politika dwar l-isport, il-kumplessi sportivi, l-ġlieda kontra l-obesità u x-xandir nazzjonali

Bernice Bonello
Kelliema għaż-Żgħażagħ u l-fondi Ewropej
Responsabbli mis-settur taż-żgħażagħ u l-fondi Ewropej

Alex Borg
Kelliem għal Għawdex
Responsabbli mill-affarijiet dwar Għawdex

Eve Borg Bonello
Kelliema għat-tibdil fil-Klima
Responsabbli mill-politika dwar it-tibdil fil-klima

Claudette Buttigieg
Kelliema għal-libertajiet ċivili, d-djalogu soċjali u l-ġlieda kontra d-dijabete
Responsabbli mill-libertajiet ċivili, d-Djalogu Soċjali u l-MCESDu l-ġlieda kontra d-dijabete

Ryan Callus
Kelliem għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Infrastruttura
Responsabbli mix-xogħolijiet pubbliċi, l-manifattura u s-servizzi u l-proġetti Infrastrutturali tal-Gvern

Jerome Caruana Cilia
Kelliem għall-Finanzi
Responsabbli mis-settur tal-finanzi, t-tassazzjoni u s-servizzi finanzjarji

Ivan Castillo
Kelliem għas-settur Marittimu u x-Xogħol
Responsabbli mill-affarijiet Marittimi, l-freeport, il-portijiet, il-politika nazzjonali dwar ix-xogħol, il-ħolqien ta’ impjiegi, Jobsplus u r-relazzjonijiet industrijali

Janice Chetcuti
Kelliema għall-Ambjent, Ħolqien ta’ Spazji ġodda u Drittijiet tal-annimali
Responsabbli mill-qasam tal-ambjent, l-afforestazzjoni, l-ħolqien ta’ spazji ġodda u l-ħarsien tal-annimali

Rebekah Cilia
Kelliema għall-Artijiet u drittijiet tal-konsumatur
Responsabbli mill-Artijiet u d-drittijiet tal-konsumatur u membru tal-Bord tal-Artijiet f’isem l-Oppożizzjoni

Adrian Delia
Kelliem għat-Trasport, Mobilità u l-Proġetti Kapitali
Responsabbli mit-trasport, toroq, l-avjazzjoni u l-proġetti kapitali tal-Gvern

Beppe Fenech Adami
Kelliem għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ
Responsabbli mir-relazzjonijiet internazzjonali u Ewropej u l-promozzjoni tal-kummerċ

Graziella Galea
Kelliema għall-Inklużjoni u l-Volontarjat
Responsabbli mill-Inklużjoni, l-persuni b’diżabilita’ u s-settur tal-volontarjat

Joe Giglio
Kelliem għall-Intern, is-Sigurtà u r-Riformi

Responsabbli mill-intern, il-korpi dixxiplinati, l-immigrazzjoni, s-sigurtà, s-servizzi korrettivi, ċ-ċittadinanza u r-riformi

Mark Anthony Sammut
Kelliem għall-Enerġija u l-Intrapriża
Responsabbli mis-settur tal-enerġija u l-Malta Enterprise

Justin Schembri
Kelliem għall-Edukazzjoni
Responsabbli mis-settur tal-edukazzjoni obbligatorja u edukazzjoni ogħla inkluż l-Università u l-MCAST

Stephen Spiteri
Kelliem għas-Saħħa
Responsabbli mill-politika nazzjonali tas-saħħa u mis-servizzi tas-saħħa

Ian Vassallo
Kelliem għall-kura Primarja u s-saħħa mentali
Responsabbli milll-kura Primarja u s-saħħa mentali

Julie Zahra
Kelliema għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Kultura
Responsabbli mill-wirt nazzjonali, l-arti, l-kultura u l-indsutrija tal-films

Stanley Zammit
Kelliem għall-Ippjanar, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni
Responsabbli mill-indafa pubblika u l-manutenzjoni, r-riċerka u l-innovazzjoni, x-xjenza u t-teknoloġija, l-kostruzzjoni u l-ippjanar tal-iżvilupp

Ekonomija

Sport