Monday, December 23, 2024

Il-Kap tal-PN Adrian Delia għandu sensazzjoni li pajjiżna għatxan għal gvern alternattiv

Aqra wkoll

Waqt intervista li kellu aktar kmieni l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-Partit mhuwiex Adrian Delia, iżda li bħala mexxej iktar jiffoka fuq il-partit biex fl-aħħar mill-aħħar ikun jista’ joffri gvern alternattiv.

Qal li l-grupp parlamentari qed jaħdem b’mod strutturat u li bħala membri jinsabu lkoll preparati fejn il-ġimgħa d-dieħla se jitnedew strutturi ġodda ta’ kif kelliema jingħaqdu fi clusters biex ikun hemm ħidma kollaborattiva b’viżjoni ’l quddiem.

Rigward il-bidla fl-amministrazzjoni u persuni li setgħu kienu kritiċi bħalma huma David Thake u Ivan Bartolo, Delia qal li m’hemmx persuna waħda li mhix tagħti dak kollu li tista’.

Qal li s-sensazzjoni tiegħu, partikolarment meta jwieġeb u jifhem il-karba tan-nies,jifhem li pajjiżna huwa għatxan għal gvern li jirrispekja l-aspirazzjonijiet tagħhom u li l-Malin jixirqilhom gvern nadif, modern u b’viżjoni.

Ekonomija

Sport