Tuesday, October 14, 2025

Il-Kap tal-PN ifalli test ieħor – Konferma li mhux ta’ min jorbot fuqu- Il-Partit Laburista

Aqra wkoll

Minkejja li Alex Borg wiegħed li fi żmien xahar se jippubblika l-finanzi marbuta mal-kampanja tiegħu għal Kap tal-PN, issa aktar minn xahar wara, il-poplu tħalla jistenna.

Din mhi xejn ħlief konferma ta’ kif anke fuq xi ħaġa daqshekk sempliċi, il-Kap Nazzjonalista falla test ieħor. Il-Partit Nazzjonalista għandu track record ta’ wegħdiet li ma wettaqx speċjalment b’rabta mal-finanzi tiegħu u issa huwa ċar li taħt Alex Borg kollox se jibqa’ kif kien.

Għalhekk il-Partit Laburista jsostni li dawn għandhom jiġu ppubblikati minnufih għaliex għal kull minuta li tgħaddi, Alex Borg qed jikser il-kelma tiegħu mal-poplu.

Din l-attitudni ta’ nuqqas ta’ trasparenza u kontabbiltà turi li Alex Borg u l-partit politiku li jmexxi mhuwiex ta’ min jorbot fuqhom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport