Monday, December 9, 2024

Il-Kap tal-PN qisu ma jgħix f’Malta

Aqra wkoll

Sur Editur,

Waqt id-diskors tiegħu bħala Kap tal-Oppożizzjoni għall-Budget, Bernard Grech, kont tistaqsi lilek innifsek jekk dan il-bniedem jgħix f’Malta, għax fl-opinjoni tiegħi kulma għamel, ipprova jgħawweġ l-fatti u joskura l-Gvern għaqli Laburista, jiffantasizza li se jkun Prim Ministru, filwaqt li saħaq li ma sar xejn b’risq Malta u li kien hu li kellu l-ħsieb li jwettaq ħafna affarijiet. Dan kollu meta lanqas kien biss kapaċi jikteb pre-Budget Document. Missu jistħi!! Mur afdah!! Jirranġaha lil Malta!!

Diskors melankoniku u jgħajjik għax beda għaddej qisu ferrovija, mhux bis-sens u mill-qalb. X’differenza imqabbel mad-diskors tal-Mexxej Laburista Robert Abela, qed jitkellem miegħek u naturali.

Bil-wiċċ tost kollu qal li llum hawn ħafna tinġis meta kien fi żmien gvernijiet Nazzjonalisti li ma ttieħdu l-ebda passi biex titneħħa l-Power Station tal-Marsa li kienet tferrex bosta trab u nugrufun kif ukoll dik ta’ Delimara li marrdet bosta nies għax kienet taħdem bl-agħar żejt. Problemi, li Gvern Laburista solva u dan l-aħħar anke ħoloq ix-Ship to Shore biex il-Cruise Liners jitħaddmu bl-elettriku li jingħata mill-art. Ħeġġeġ ukoll għal trasport bil-baħar biex jonqos dejjem it-tniġġis tal-vetturi.

Kellu wkoll il-wiċċ isemmi l-għoli tal-ħajja meta l-Gvern Laburista, anke f’dan l-istess Budget għas-sena 2025, ta mijiet ta’ żidiet filwaqt li ma ħax taxxi. Xi ħaġa li l-barranin jimmeraviljaw ruħhom biha.

Fuq kollox, għax dan Grech qisu veru ma jgħix f’Malta. Tenna li l-Gvern qata’ qalbu. Naħseb qata’ qalbu hu l-ewwel wieħed għax lanqas kien kapaċi biss jagħmel pre-Budget Document għax baqa’ ma laħħmux bil-laħam tal-baqra li qal li ried jikolha sħiħa! Din kexxun daħal għalija kif qallu l-Prim Ministru waqt id-diskors brillanti tiegħu.

Kien diskors għall-Budget għalkollox fjakk u mhux dehen ta’ Kap tal-Oppożizzjoni. Kien diskors li jsir għal xi Mass Meeting qabel xi Elezzjoni Ġenerali, mela għal Budget. Ikun aħjar għalih Grech jara kif se jagħmel  biex jħallas dawk il-miljuni ta’ dejn li għandu l-Partit tiegħu qabel jikkritika x-xogħol siewi li qed jagħmel Gvern Laburista b’risq il-Maltin u l-Għawdxin.

Kif jista’ l-poplu jafda lilu u lill-partit tiegħu fil-gvern meta jiftakar kif inhuma maqsumin u mdejnin. Għalxejn jixxennaq li jsir xi darba Prim Ministru għax dan ukoll il-ħin kollu semmiegħa fis-suppost diskors tal-Budget tiegħu mhux imlaħħam!!

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport