Thursday, November 7, 2024

Il-kap tas-sigurtà elettronika tal-Ġermanja jitkeċċa “minħabba rabtiet mar-Russja”

Aqra wkoll

Il-kap tas-cybersecurity (si­gu­rtà­ elettronika) tal-Ġer­­manja ġie mkeċċi mill-ka­riga minħabba allegat rabtiet mill-qrib mar-Russja permezz assoċjazzjoni li huwa kien waqqaf. 

Arne Schönbohm kien ilu jmexxi l-Awtorità Federali tas-Sigurtà Ċibernetika tal-Ġermanja  (BSI) mill-2016, fejn fost affarijiet oħrajn din l-awtorità hija inkarigata li tipproteġi l-komunikazzjonijiet tal-gvern. 

Kienet il-midja allegat li Arne li kellu rabtiet mill-qrib ma’ uffiċjali tal-intelliġenza Russi, u b’riżultat ta’ hekk dan immedjatament tneħħa mill-kariga u bdiet investigazzjoni mill-ministeru għall-in­tern. 

Qabel Schönbohm ingħata l-inkarigu msemmi iktar kmieni, hu kien wieħed mill-fundaturi ta’ assoċjazzjoni privata magħrufa bħala l-Kunsill Ġermaniż għas-Sigurtà Ċibernetika li xogħolha hu li tati pariri lin-negozji u anke politiċi dwar kif jipproteġu lilhom infushom fuq l-internet. Anke wara li ħa l-kariga tal-BSI, hu xorta waħda baqa’ jżomm relazzjoni mill-qrib mal-assoċjazzjoni li waqqaf u saħansitra kien attenda ċ-ċerimonja tal-10 anniversarju mit-twaqqif tagħha. 

Il-kwistjoni kollha qamet hekk kif sar magħruf li wieħed mill-membri ta’ din l-assoċjazzjoni hu l-kap tal-kumpanija Protelion, kumpanija sussidjarja Russa mwaqqfa minn eks membru tal-KGB li kien ġie onorat mill-President Vladimir Putin.  Protelion kienet tkeċċiet mill-assoċjazzjoni l-ġimgħa li għaddiet u din qalet li l-allegazzjonijiet li qed isiru dwarha m’humiex veritieri. 

Sport