Saturday, December 21, 2024

Il-kapijiet tal-midja soċjali jistgħu jiffaċċjaw il-ħabs jekk ma jsegwux ir-regoli l-ġodda

Aqra wkoll

Is-Segretarja tal-Kultura tar-Renju Unit wissiet li Mark Zuckerberg jista’ jispiċċa l-ħabs jekk Facebook ma jikkonformax mal-liġijiet ġodda dwar is-sikurezza online.

Nadine Dorries wissiet lill-ġganti tal-midja soċjali bħal Facebook bl-Abbozz ta’ Liġi tagħha dwar is-Sigurtà online li huwa maħsub li jġiegħlhom biex jaġixxu fuq kontenut illegali fuq il-pjattaformi.

Nhar il-Ġimgħa, tħabbar li l-Abbozz ta’ Liġi tant mistenni kien imsaħħaħ biż-żieda ta’ numru ta’ reati kriminali ġodda biex iġġiegħel lid-ditti tal-midja soċjali jaġixxu fuq kontenut illegali aktar malajr.

Reati fosthom revenge porn, reati ta’ mibegħda, frodi, bejgħ ta’ drogi jew armi illegali, il-promozzjoni tas-suwiċidju u l-isfruttament sesswali ġew miżjuda mal-lista ta’ reati prijoritarji li għandhom jitneħħew minn pjattaformi skont ir-regoli l-ġodda.

Dorries qalet li skont ir-regoli l-ġodda, dawk li jmexxu l-pjattaformi onlajn jistgħu jispiċċaw il-ħabs jekk ma jaġixxux.

Waqt li tkellmet ma’ Times Radio, hija ġiet mistoqsija jekk il-kap tal-Meta Mark Zuckerberg jistax jispiċċa l-ħabs jekk id-ditta tiegħu, li għandha Facebook, ma tikkonformax mar-regoli.

Għall-ewwel hija ma tatx risposta fl-affermattiv jew fin-negattiv, iżda meta ġiet mistoqsija mill-ġdid jekk il-kapijiet tal-midja soċjali jistgħux isibu ruħhom fil-ħabs jekk ma jikkonformawx mar-regoli l-ġodda, hija qalet, “Assolutament.”

Ekonomija

Sport