Saturday, December 21, 2024

Il-Kapijiet tal-UE u r-Renju Unit jiddiskutu l-Covid u Brexit

Aqra wkoll

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen u l-Prim Ministru Brittaniku Boris Johnson tkellmu dwar in-nuqqas ta’ qbil li għad hemm fir-rigward tal-industrija tas-sajd li qed ixekklu milli jintlaħaq ftehim ġdid ta’ kummerċ. Huma tkellmu wkoll dwar l-aħħar żviluppi tal-pandemija.

L-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters ikkowtat sorsi viċin l-Unjoni Ewropea li l-blokk issa jinsab dispost li jaċċetta tnaqqis fil-valur tal-qbid ta’ ħut fl-ibħra tar-Renju Unit sa 25% mifrux fuq perjodu li jibda mill-2021.

It-tul tal-perjodu u kif ukoll ftehim dwar kif il-blokk jista’ jirritalja jekk l-Ingilterra taqta’ l-industrija tas-sajd Ewropea sussegwentement għadhom il-punti ewlenin fid-diskussjonijiet meta għad baqa’ biss disat ijiem qabel qabel l-Ingilterra toħroġ mis-suq ewlieni u r-regoli ta’ dwana, li jfissru li r-regoli ta’ kummerċ ma jibqgħux japplikaw.

Ekonomija

Sport