Tuesday, March 11, 2025

Jiżdiedu n-numru tal-vittmi fl-attakk fuq Moska

Aqra wkoll

Rapporti fil-midja internazzjonali qegħdin jirraportaw li issa telgħu għal 3 l-vittmi tal-attakk imwettaq mill-Ukranja fuq il-kapitali Russa Moska.

Aktar kmieni:Il-kapitali Russa taħt attakk bid-drones

Il-Kapitali Russa, Moska matul il-lejl li għadda spiċċat taħt attakk permezz ta’ drones, liema attakk qiegħed jitqies bħala l-akbar wieħed li qatt wettqet l-Ukranja fuq territorju Russu.

Uħud mill-attakki twettqu fuq żoni residenzjali. Il-Gvernatur tar-Reġjun ta’ Moska qal li mill-inqas persuna waħda inqatlet u ħafna oħrajn spiċċaw midrubin. Kien hemm rapporti ta’ ħsarat kbar fi blokok ta’ appartamenti u anke nirien kbar f’parkeġġ fiċ-ċentru ta’ Moska.

Konsegwenza ta’ dawn l-attakki, l-ajruporti tal-kapitali kellhom jingħalqu għal xi ħinijiet. 

Min-naħa tiegħu s-Sindku ta’ Moska filwaqt li kkonferma li sar attakk kbir fuq il-kapitali qal li s-sistema ta’ difiża Russa rnexxielha twaqqa’ mill-inqas 60 drone hekk kif waslu qrib sew iż-żona fejn kienu se jwettqu l-attakki.

Intant, l-Ukranja wkoll spiċċat taħt tattakk matul il-lejl li għadda. Fost l-oħrajn twettaq attakk kbir fuq il-belt ta’ Odesa, fuq żoni residenzjali u anke fabbrika li tipproduċi ġugarelli għat-tfal spiċċat f’nirien kbar.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport