Friday, December 20, 2024

Il-Kardinal Mario Grech fost il-favoriti f’każ li l-Papa Franġisku jirtira

Aqra wkoll

Fl-aħħar ġimgħat il-Papa Franġisku beda juri ċertu diffikultajiet fl-irwol tiegħu minħabba problemi ta’ mobbiltà fost l-oħrajn. Dan kollu qiegħed iqajjem tħassib serju dwar jekk Franġisku hux se jkun jista’ jkompli bil-ħidma tiegħu minħabba li riċentament saħansitra deher f’siġġu tar-roti.

Minħabba l-fatt li anke tħassru xi appuntament li kellu fl-aħħar jiem fejn intqal li se jkun qiegħed jistrieħ, komplew jiżdiedu l-ispekulazzjonijiet tal-possibbiltà li hu jirtira f’ħajtu bħalma kien għamel il-Papa Benedittu XVI. 

Il-Malti Mario Grech huwa fost il-Kardinali li qed jissemmew bħala favoriti, b’ċans li jkun is-suċċessur ta’ Papa Franġisku fil-konklavi li jmiss. Dan kien irraportat f’The Times of London fejn il-gazzetta għamlet analiżi wara li tkellmet ma’ diversi persuni qrib ħafna tal-Vatikan. Il-Kardinal Mario Grech li fil-preżent huwa s-Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet. Qed jissemmew ukoll Kardinal oħra fosthom l-Ungeriż Peter Erdo, l-Olandiż Wim Eikj, it-Taljan Pietro Parolin u dak Filippin Luis Tagle.

Minkejja dawn l-ispekulazzjonijiet, jidher li fil-preżent qiegħda tiġi mwarrba l-idea li jkun hawn żewġ Papiet ħajjin irtirati u għalhekk il-probabilità l-kbira hija li Franġisku jkompli fil-ħidma tiegħu sakemm jiflaħ. 

Ekonomija

Sport