Il-Kardinal Mario Grech illum jagħlaq 68 sena. Twieled fl-20 ta’ Frar tal-1957 fil-Qala Għawdex. Aktar tard fit-tfulija, il-familja marru jgħixu fir-raħal ta’ Kerċem fejn baqgħu jgħixu hemm sakemm fl-2019 telqu lejn Ruma biex beda jservi bħala Segretarju Ġenerali tas-Sindonu tal-Isqofijiet.
Kien ordnat qassis fis-26 ta’ Mejju tal-1984 minn idejn l-Isqof Nikol Cauchi. Wara baqa’ jistudja fejn kiseb dottorat fil-Liġi Kanonika mill-Università Pontifical ta’ San Thomas Aquinas.
Kien fl-2005 meta Papa Benedittu XVI kien ħatru bħala Isqof t’Għawdex fejn imbgħad fit-22 ta’ Jannar tal-2006 irċieva l-Ordinazzjoni Episkopali.
Illum, il-Kardinal Mario Grech jgħix fil-belt tal-Vatikan flimkien ma’ ommu, missieru u ħuħ.
Minkejja li hu ferm diffiċli, Mario Grech hu wieħed mill-kardinali li jistgħu jkunu s-suċċessuri ta’ Papa Franġisku.