Sunday, November 24, 2024

Il-Kardinal Mario Grech maħtur bħala membru tad-Dikasteru għall-Isqfijiet

Aqra wkoll

Il-Papa Franġisku ħatar lill-Kardinal Mario Grech bħala membru tad-Dikasteru għall-Isqfijiet, flimkien ma’ tlettax oħra, fosthom żewġ sorijiet u mara lajka.

Il-Kongregazzjoni għall-Isqfijiet tgħin lill-Papa fl-għażla ta’ isqfijiet ġodda kif ukoll tat-twaqqif ta’ djoċesijiet u seminarji. Apparti dan tieħu ħsieb ukoll il-formazzjoni kontinwa tal-isqfijiet mad-dinja kollha. Dan isir permezz ta’ laqgħat u rtiri apposta.

Ftit tal-ġimgħat ilu, Il-Papa Franġisku ħatar lil-Kardinal Mario Grech bħala membru tal-Kongregazzjoni għall-Kult Divin u d-Dixxiplina tas-Sagramenti.

Sport