Sunday, November 24, 2024

Il-Kardinal ta’ Hong Kong arrestat wara li kiser il-liġi tas-sigurtà Ċiniża

Aqra wkoll

Wieħed mill-ogħla membri tal-Knisja Kattolika ġewwa Hong Kong ġie arrestat wara li nstab ħati li kiser il-liġi nazzjonali tas-sigurtà Ċiniża.

Il-Kardinal Joseph Zen, li għandu 90 sena, kien wieħed minn erbgħa li ġew arrestati wara li allegatament kellhom rabtiet ma’ organizzazzjoni li għenet lil dimostranti li kellhom bżonn l-għajnuna finanzjarja. Din l-organizzazzjoni llum m’għadhiex teżisti. Dawn il-persuni qed jiġu akkużati li kkonfoffaw ma’ forzi barranin u jekk jinstabu ħatja jistgħu jeħlu sa għomor il-ħabs. L-għaqda Human Rights Watch qalet li din l-aħbar hija waħda xokkanti. 

Il-Pulizija ta’ Hong Kong, meta kienu qed jiġu intervistati minn BBC, qalu li għandhom suspetti li dan il-grupp kien qiegħed jitlob lil pajjiżi barranin u organizzazzjonijiet biex jimponu sanzjonijiet fuq Hong Kong, u b’hekk awtomatikament kienu qed jheddu s-sigurtà nazzjonali taċ-Ċina. Dan fi żmien meta kienu għaddejjin protesti kbar favur id-demokrazija. 

Madwar 70 sena ilu, il-kardinal Zen kien ħarab minn Shanghai lejn Hong Kong eżattament hekk kif il-komunisti kienu ħadu l-kontroll tal-pajjiż. Hu għamel żmien ukoll iservi bħala isqof ta’ Hong Kong. Zen huwa kritiku kbir tal-gvern Ċiniż, u tkellem kemm-il darba favur id-demokrazija f’Hong Kong. 

Sport