Friday, November 15, 2024

IL-KARIGA TA’ PAPA HI BLA SALARJU

Aqra wkoll

Il-kariga ta’ Papa tal-Knisja Kattolika, hija ta’ privileġġ kbir għal dik il-persuna li teħodha. Però hija wkoll ta’ piż kbir minħabba li l-Kardinall elett apparti li jkun mexxej tal-akbar knisja fid-dinja, jibda jiġi kwotat għal kull diskors tiegħu anke minn soċjetajiet li ma jħaddnux dik ir-reliġjon.

B’differenza għal kull kariga jew xogħol ieħor fid-dinja, il-kariga ta’ Papa ma toffru l-ebda salajr.

Kien fl-2001 wara spekulazzjonijiet li Ġwanni Pawlu II kien qed jirċievu salajr tajjeb ħafna, New York Times kienet staqsiet lill-kelliem tal-Vatikan dwar dan. Il-kelliem dakinhar kien sostna li “l-Papa la qed jirċievi u l-ebda Papa qatt ma rċieva salarju.”

Minkejja li qatt ma jirċievi ċenteżmu għax-xogħol li jagħmel, il-Vatikan min-naħa l-oħra jrid joffri servizz lil Papa. Irid joffri akkomodazzjoni, ikliet ta’ kuljum kif ukoll irid iħallas l-ispejjeż kollha relatati mas-safar.

Minkejja dan il-Papa ma jistax jixtri xi rigali għal familjari tiegħu, u biex jagħmel dan irid jitlob il-flus lil amministrazzjoni tal-Vatikan biex ikun jista’ jingħata xi flus.
Fil-Vatikan il-Papa minkejja li hu l-Kap, xorta waħda jrid jimxi ma’ diversi regoli. Jingħad li kemm Ġwanni Pawlu II u anke Papa Franġisku għall-ewwel sabuha ferm diffiċli biex “jobdu” r-regoli stretti li hemm fil-Vatikan. Dawn ir-regoli li huma magħrufin bħala protokolli huma differenti ħafna minn protokolli li normalment ikollu kap ta’ stat.

Dawn il-protokolli huma antiki mmens u jidher li Papa Framġisku xejn ma hu kuntent bihom. Eżempju ta’ dan jekk kap ta’ Stat li jkun Nisrani jkun se jiltaqa’ f’udjenza mal-Papa, iżda hu ma jkunx miżżewweġ lis-sieħba tiegħu allura l-Papa jkollu jiltaqa’ mal-kap tal-Istat f’kamra, u s-sieħba tiegħu tiltaqa’ mal-Papa f’kamra oħra.

L-ewwel każ li kien iltaqa’ miegħu Papa Franġisku kien f’Ġunju tal-2015 meta l-President Kolombjan kien mar ma’ martu biex iżuru l-Papa. Il-President Kolombjan kien iddevorzja lill-ewwel mara tiegħu fl-1987 u ma kienx ingħata annullament mill-Knisja. Kien għalhekk li hu ma setax jerġa’ jiżżewweġ bil-Knisja.
L-Amministrazzjoni tal-Vatikan dakinhar kienu nformaw lil Papa li hu seta jiltaqa’ mal-President, iżda martu ma setgħetx tidħol fl-udjenza li kellhom.

Meta kien staqsa għaliex qed issir din l-inġustizzja, l-amministrazzjoni tal-Vatikan li hu kellu jimxi eżatt kif jgħidulu huma skont il-protokoll.

Jingħad li dakinhar Papa Franġisku kien irrabja ħafna dwar dan, però xorta ma seta’ jagħmel xejn.

Ekonomija

Sport