Monday, September 16, 2024

Il-kariżma u l-enerġija tiegħek kienu jispikkaw dejjem

Kap tal-Iskola ssellem il-memorja ta' Mirabelle Falzon

Aqra wkoll

“Għadni niftakar narak quddiemi fl-ewwel jum tal-iskola fil-Foyer tal-iskola dak iż-żmien ġdida…. Għalkemm kbir u spazjuż kont tispikka fih b’dak xagħrek miġbur, uniformi nadifa u għajnejn jixegħlu daħkana lesti għal kull avventura… Kont inti li tintgħażel għal kull żifna u partijiet prinċipali tad-drama… Il-kariżma u l-enerġija tiegħek kienu jispikkaw dejjem”

Dan kien il-messaġġ li wasslet il-Kap tal-Iskola Dr Maria Montebello fuq il-paġna tal-iskola fuq Facebook. Irrimarkat kif tiftakarha ċara ħdejn l-uffiċju tagħha meta kienet tispjegalha u tħares lejha.

Hija ringrazzjatha ta’ dak kollu li Mirabelle tatha u talli mliet lill-iskola kollha bl-enerġija. Saħqet li dan jixhduh il-ħitan tagħha u sħabha kollha li tant kienet fuq wiċċ l-idejn magħhom.

Fl-aħħar tal-messaġġ, Montebello rringrazzjat lill-ġenituri tal-kooperazzjoni li dejjem sabu fihom.

Sport