Sunday, May 5, 2024

Il-Karnival organizzat fil-Belt mistenni jiġi jiswa madwar nofs miljun ewro

Aqra wkoll

Il-karnival ta’ din is-sena li se jiġi organizzat bejn id-9 u t-13 ta’ Frar fil-Belt Valletta mistenni li jiġi jiswa madwar nofs miljun ewro.

Dan ħabbru l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici fejn fil-Parlament ta indikazzjoni ta’ kemm bejn wieħed u ieħor se jiġi jiswa l-karnival ta’ din is-sena.

Il-Ministru Bonnici kien qiegħed iwieġeb Mistoqsija Parlamenari tad-Deputat Nazzjonalista Charles Azzopardi.

Il-Ministru ħall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali qal li dawn il-flus ikopru biss il-karnival organizzat fil-Belt Valletta u hu jinsab informat li diversi kunsilli lokali jagħmlu avvenimenti oħra marbuta mal-Karnival uħud minnhom b’koperazzjoni ma’ Festivals Malta u oħrajn wara li jiksbu finanzjament minn entitajiet oħra.

Sport