Monday, March 3, 2025

Il-Karnival Spontanju tan-Nadur

Aqra wkoll

Il-Ġimgħa 28 ta’ Frar ingħata bidu għall-Karnival Spontanju tan-Nadur li ta’ kull sena jattira mijiet ta’ viżitaturi l-aktar żgħażagħ Maltin, sew jekk ikun maltemp jew bnazzi jaqsmu l-fliegu u jitħalltu ma’ oħrajn Għawdxin u barranin biex flimkien jiċċelebraw dawn il-jiem ta’ briju fil-gżira Għawdxija.

Dan il-Karnival spontarju jibda wara nżul ix-xemx u kulħadd jista’ jipparteċipa, jilbsu kull xorta ta’ ħwejjeġ, kostumi kompluti b’maskli u materjal ieħor, jiltaqgħu fi Pjazza San Pietru u San Pawl  u flimkien jixorbu u jimxu biż-żifna matul triq Diċembru Tlettax.

F’din il-pjazza prinċipali, u matul it-triq ikun hemm folla numeruża jsegwu karrijiet magħmula minn karozzi mkissra u mingħajr magna flimkien ma’ mużika kontinwa għal aktar briju jew street party, kif inhu aktar magħruf f’din il-lokalità, li idum sejjer ta’ kull filgħaxija sa għada t-Tlieta 4 ta’ Marzu, lejliet Ras ir-Randan jew l-Erbgħa ta’ Tniebri.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport