Wednesday, February 25, 2026

Il-Karnival ta’ Malta esebit għall-ewwel darba fil-Parlament Ewropew fi Brussell minn Alex Agius Saliba

Aqra wkoll

Fil-Parlament Ewropew fi Brussell ġie esebit għall-ewwel darba l-Karnival ta’ Malta minn Alex Agius Saliba b’koordinazzjoni mal-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u Gvern Lokali u l-Arts Council Malta. 

Behind the Mask hija wirja tal-Karnival Malti li ġiet esposta fuq livell Ewropew minn perspettivi differenti, speċjalment l-element artistiku tal-maskri, karrijiet u l-folklor tiegħu. Il-wirja tiġbor fiha woll l-istorja u l-artistrija tal-kostumi elaborati u props maħduma bl-idejn mill-voluntiera u dilettanti li jsawru l-Karnival kull sena. 

Fiċ-ċerimonja uffiċċjali li saret ilbieraħ filgħaxija, il-wirja preżentat ukoll ritratti arkivjali, dokumenti storiċi u filmati rari li jsegwu l-evoluzzjoni tal-Karnival tul il-ġenerazzjonijiet filwaqt li tinkludi wkoll għanjiet tradizzjonali, logħob u strumenti folkloristiċi marbuta mal-Karnival Malti.

L-MPE Agius Saliba sostna li “din hija okkażjoni unika fejn il-Parlament Ewropew jista’ japprezza t-talent Malti. Il-Karnival Malti jibqa’ tradizzjoni ħajja li tgħaqqad il-ġenerazzjonijiet u tkompli tesprimi identita’ u immaġinazzjoni li jagħmluna kburin li aħna Maltin.” 

Din l-esebizzjoni saret b’kollaborazzjoni mal-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, Owen Bonnici bl-appoġġ tal-Arts Council Malta permezz taċ-Chairman Eżekuttiv Luke Dalli u bis-sehem ta’ artisti u għaqdiet attivi fil-Karnival Malti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport