Sunday, December 22, 2024

Il-karriera ta’ Mick Schumacher mitmuma?

Aqra wkoll

Il-karriera tal-F1 ta’ iben Michael Schumacher tista’ tkun mitmuma hekk kif hemm xettiċiżmu dwar il-futur tiegħu f’dan l-isport.

Mick Schumacher, li missieru huwa s-sewwieq leġġendarju u seba’ darbiet champion tal-F1, Michael, ra l-karriera tiegħu tieħu skoss wara li ġie rilaxxat minn Haas fl-2022.

Minn dakinhar, huwa pprova diversi rwoli, fosthom li jservi bħala sewwieq ta’ riserva mal-Mercedes sabiex jipprova l-potenzjal tiegħu, iżda tħabat biex isib post regolari. 

L-uniku ċans li fadallu huwa li jingħaqad ma’ Sauber hekk kif qed jagħmlu xi tibdil għall-istaġun 2026 u għaldaqstant jista’ jingħata l-opportunitá. Peró, s-sewwieq ta’ 25 sena jrid jimpressjona fl-istaġun li ġej waqt it-taħriġ.

Ekonomija

Sport