Friday, December 20, 2024

Il-katavru hu ta’ raġel, iżda mhux identifikat

Aqra wkoll

Fi stqarrija l-pulizija qalu li kienu ġew informati li kien għadu kemm intlemaħ kadavru mal-blat fil-baħar fl-inħawi tal-Qolla l-Bajda, fil-limiti taż-Żebbuġ, Għawdex.

Fuq din l-informazzjoni, il-Pulizija minnufih marret fuq il-post u talbet l-assistenza tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li minn naħa tagħhom marru fuq il-post u tellgħu l-kadavru għal fuq l-art.

Minn investigazzjonijiet li saru, irriżulta li l-ġisem x’aktarx huwa ta’ raġel però sa issa mhux identifikat.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Brigette Sultana LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li mistennija ssir awtopsja fuq il-kadavru sabiex tiġi stabbilità l-identità u l-kawża tal-mewt.

L-investigazzjonjieti tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Aktar kmieni: Jinstab katavru fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni f’Marsalforn

Kien għall-ħabta ta’ nofsinhar meta qrib sew it-Torri ta’ Marsalforn intlemaħ katavru fi stat qawwi ta dekompożizzjoni. Jirriżulta li l-katavru kien jinsab imwaħħal taħt blata li hemm fl-inħawi.

L-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-katavru hu ta’ raġel.

Fuq il-post hemm uffiċjali tal-pulizija, uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili u anke tim mediku mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta.

Aktar informazzjoni kif taslilna…

Ekonomija

Sport