Sunday, November 24, 2024

Il-katavru ta’ Sandra Milena Ramirez intbagħat lura lejn il-Kolombja għad-difna

Aqra wkoll

Il-katavru ta’ Sandra Milena Ramirez intbagħat lura lejn il-Kolombja biex tkun tista’ ssir id-difna skont ix-xewqa tal-familja tagħha.

Ramirez ta’ 43 sena nqatlet f’appartament fi Triq Sir George Borg f’Tas-Sliema nhar is-Sibt 13 ta’ Jannar.

Kienet il-Maġistrat li qed tmexxi l-inkjesta li rrilaxxat il-katavru għad-difna. Mal-aħbar tal-mewt tagħha, il-familja tagħha bdew l-arranġamenti biex il-katavru tagħha jittieħed lejn art twelidha.

Nhar il-Ħamis li ġej se tibda tinstema’ l-kumpilazzjoni kontra Fabian Eliuth Garcia ta’ 43 sena mill-Kolumbja wkoll, li jinsab mixli bil-qtil tal-eks sieħba tiegħu. 

Hu kien tressaq il-Qorti l-għada li kien seħħ id-delitt fejn wieġeb mhux ħati tal-akkużi kontrih. Minkejja dan huwa nżamm taħt arrest preventiv fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Sport