Hekk kif fit-tielet jum kompla jinstema l-ġuri ta’ Michael Emmanuel ta’ 33 sena mill-Kosta tal-Avorju li jinsab mixli bil-qtil tas-sieħba tiegħu Maria-Lourdes Agius fil-15 ta’ Settembru 2018, xehed it-tabib forensiku Mario Scerri.
Fix-xhieda tiegħu, Scerri qal li meta mara fuq il-post ra l-katarvru tal-vittma Maria Lourdes Attard mgħotti b’lużar. It-tabib Scerri xehed li waqt l-eżaminazzjoni sab l hi kellha dversi tbenġil fuq wiċċha u fuq għonqa.
Huwa xehed ukoll lil-katavru tal-vittma ttieħedl-kamra mortwarja fejn hemmhekk komplew isiru l-eżaminazzjonijiet fuq il-ġisem ta’ Maria Lourdes. Fir-rigward tal-vittma, huwa qal li kellha diversi qsim u ġrieħi mal-għonq u mas-sider.Xehed ukoll li minn eżaminazzjoni li saret fuq l-akkużat ma kienhemm l-ebda indikazzjoni li kien qed isofri minn ġrieħi.
Il-Prosekuzzjoni f’dan il-ġuri qed titmexxa mill-Avukati Anthony Vella u Maria Francesca Spiteri mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Dan filwaqt li l-avukat Simon Micallef Stafrace qed jidher għall-imputat.