Monday, May 20, 2024

Il-Katidral t’Għawdex mhux se jibqa’ l-istess mingħajr Dun Ġużepp

Aqra wkoll

“Il-Katidral t’Għawdex mhux se jkun l-istess mingħajr Mons Ġużepp Gauci”. “Minjiera ta’ għerf.” Dawn kienu wħud minn mijiet ta’ messaġġi li nkitbu hekk kif tħabbret il-mewt ta’ Mons Ġużepp Gauci.

Dun Ġużepp miet dan il-lejl fl-età ta’ 90 sena. Hu serva l-knisja Katidrali t’Għawdex għal ħafna u ħafna snin. Kont tarah sajf u xitwa dejjem bis-suttana s-sewda, u tista’ tgħid li kien l-unika qassis li kien baqa’ jilbes din il-libsa ta’ qassis għal kuljum.

Kien jitla’ jiftaħ il-Katidral t’Għawdex kmieni filgħodu għall-ħabta tal-4.00am biex għall-ewwel quddiem kollox ikun lest. Dun Ġużepp deher kemm-il darba fuq it-televiżjoni minħabba li kull min ried jagħmel xi ħaġa dwar il-Katidral ma setax jagħmel dan mingħajr ma jintervistah minħabba l-għerf u l-esperjenza li kellu dan is-saċerdot eżemplari.

Għal żmien twil serva l-Knisja Katidrali bħala s-Sangristan Maġġuri.

Dun Ġużepp hu z-ziju ta’ Mons. Joe Vella Gauci li hu l-Ambaxxatur Malti għal UNESCO.

Sport