Monday, December 23, 2024

Il-każ DCG: Repubblika tappella biex jinħatar tim ta’ investigazzjoni konġunt bejn il-Europol u l-Pulizija Maltija

Aqra wkoll

Repubblika appellat lill-Prim Ministru Robert Abela biex jaħtar tim konġunt bejn il-Europol u l-Pulizija Maltija biex jinvestiga l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia u l-allegat korruzzjoni marbut magħha.

Dan wara li l-pubblikazzjoni ta’ rapporti mill-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters dwar qligħ ta’ flus mill-kumpanija 17 Black, li s-sid tagħha huwa l-allegat mandant tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Yorgen Fenech, għamlet fi ftit jiem wara li l-Enemalta xtrat windfarm fil-Montenegro.

F’ittra mibgħuta lill-Prim Ministru, Repubblika tenniet li huwa evidenti li numru ta’ uffiċjali għolja tal-Pulizija Maltija huma kompromessi.

Intant Repubblika temmet tappella lill-Prim Ministru biex jinvestiga bir-reqqa l-każ biex il-verità tkun magħrufa.

Ekonomija

Sport