L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li bejn il-Ħadd u t-Tnejn feġġew 169 każ ġdid ta’ Covid-19 u fiequ 327 oħra mill-virus. Dan ifisser li l-każijiet attivi issa niżlu għal 2,972
It-total ta’ mwiet telgħu għal 550 wara li fl-istess 24 siegħa żewġt irġiel li kellhom 86 u 93 sena u mara ta’ 88 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-virus.
Fl-Isptar Mater Dei bħalissa hemm 100 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-Coronavirus, b’erbgħa minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Sal-Ħadd filgħaxija, kienu ngħataw 1,210,946 tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 329,806 kienu dożi tal-booster.