Skont informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 822 każ ġdid tal-Covid-19, filwaqt li fiequ 365 persuna oħra.
Dan ifisser li t-total tal-każi attivi f’pajjiżna issa huwa ta’ 8,029.
It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija issa huma 650 wara li fl-aħħar 24 siegħa mietet persuna oħra waqt li kienet pożittiva għall-virus.
Ftit tal-jiem ilu s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet li għalkemm l-informazzjoni dwar il-COVID-19 bħalissa mhix qed tinħareġ bħas-soltu fuq il-midja soċjali, id-Dipartiment tas-Saħħa għadu qed jippubblika din l-informazzjoni fuq l-internet. Wieħed jista’ jara dan billi jagħfas hawnhekk.