Sunday, November 24, 2024

Il-każi attivi jaqbżu l-1,400… imut anzjan ieħor

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li bejn il-Ħadd u s-Sibt feġġew 143 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 38 oħra li kienu dikjarati bħala li fiequ mill-virus. B’hekk it-total ta’ każi attivi żdiedu għal 1,413.

It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija telgħu għal 615 hekk kif fl-istess 24 siegħa miet raġel ta’ 89 sena waqt li kien pożittiv.

Fl-Isptar Mater Dei hemm 49 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-virus bi tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. 

Sal-Ħadd filgħaxija kienu ngħataw 1,249,640 dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 346,666 kienu dożi tal-booster.

Sport