Fl-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li l-każi attivi bħalissa huma ta’ 1,532.
Dan hekk kif mit-testijiet li saru matul l-aħħar 24 siegħa feġġew 167 każ ġdid filwaqt li 99 oħra ġew dikjarati bħala mfejqa mill-virus.
Fl-istess waqt l-ammont ta’ pazjenti li bħalissa jinsabu l-Isptar Mater Dei għall-kura minħabba l-Covid-19 huma 16, bi tlieta minnhom li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
L-ammont ta’ mwiet baqa’ ta’ 471 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet reġistrata l-ebda mewt kawża tal-Covid-19.
Il-programm ta’ vaċċinazzjoni baqa’ għaddej b’mod tajjeb hekk kif l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ b’kollox ingħataw 1,002,643 doża tal-vaċċin. Minn dawn hemm 163,186 li huma dożi tal-booster.