L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li bejn l-Ħamis u l-Ġimgħa feġġew 301 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 87 oħra li kienu dikjarati bħala li fiequ mill-virus. B’hekk it-total ta’ każi attivi żdiedu għal 2,073.
It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija telgħu għal 621 hekk kif fl-istess 24 siegħa mietu żewġ anzjani nisa ta’ 78 sena u 90 sena waqt li kienu pożittivi għall-virus.
Fl-Isptar Mater Dei hemm 46 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-virus b’persuna minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Sal-Erbgħa filgħaxija kienu ngħataw 1,251,633 dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 347,808 kienu dożi tal-booster.