Wara s-sitt każi ġodda li kienu rapportati lbieraħ, matul dawn l-aħħar 24 siegħa ma rriżultaw l-ebda każi ġodda ta’ persuni infettati bil-Covid-19. Għaldaqstant in-numru ta’ każi attivi baqa’ l-istess –12 – hekk kif ma rkuprat l-ebda persuna oħra mill-virus.
Intant saru 1,085 swab test, biex it-total ta’ testijiet mill-Marzu ’l hawn tela’ għal 118,925.
B’kollox kien hawn 686 persuna li ġew infettati bil-Covid-19, li minnhom irkupraw 665 persuna, b’disa’ persuni jisfaw vittma tal-virus.